Instabu ġewwa kukkudrill il-fdalijiet ta’ raġel Awstraljan li għeb waqt li kien qed jistad ma’ xi ħbieb.
Kevin Darmody deher l-aħħar f’Kennedy’s Bend – post magħruf għall-kukkudrilli tal-ilma mielaħ, f’parti remota tat-Tramuntana ta’ Queensland.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara jumejn tfittxija fiż-żona, il-pulizija ewtanizzat żewġ kukkudrilli kbar u sabu partijiet tal-ġisem tar-raġel.
Il-fdalijiet kollha għadhom qed jiġu identifikati, iżda l-pulizija qalet li kien “tmiem traġiku” għat-tfittxija għall-anzjan ta’ 65 sena.
Kevin Darmody kien sajjied b’esperjenza u membru magħruf tal-komunità f’Cape York.