Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja nhar is-Sibt 21 ta’ Diċembru bejn l-erbgħa u l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar għall-awguri tal-festi tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.
Kull min jixtieq jiltaqa’ mal-Prim Ministru u ma’ Dr Lydia Abela fil-21 ta’ Diċembru huwa mitlub jirreġistra d-dettalji tiegħu fuq in-numru 22002400/1.
Waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi kif ukoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.