L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika wissew lil dawk li qed jivjaġġaw lejn pajjiżi fejn hemm il-yellow fever biex jieħdu vaċċin mill-inqas għaxart’ijiem qabel jivjaġġaw. Din hija marda virali tropikali li tittieħed ħafna bid-deni u s-suffejra.
Vaċċin b’doża waħda huwa meqjus biżżejjed biex wieħed ikun protett għall-ħajtu. Kull min se jivjaġġa huwa mħeġġeġ jikkuntattaj lis-servizz nazzjonali li joffri dawn il-vaċċini fil-Floriana fuq in-numri 25680222-3/21243314. Il-vaċċin jista’ jingħata f’kull ħin lil min għalaq id-disa’ xhur.
Dan jgħodd partikolarment għal dawk li se jmorru l-Angola u l-Kongo, fejn dan il-mard qed jgħolli rasu. Dawk li sejrin lejn pajjiżi fejn kien hemm dan it-tip ta’ mard għandu jevita li jingidem minn nemus.
Il-probabiltà li l-yellow fever taffetwa lil Malta hija baxxa, għaliex in-nemusa li ġġorr dan il-mar ma tinsabx f’pajjiżna. Iżda l-awtoritajiet tas-saħħa ħadu miżuri bħal li jżidu t-tagħrif dwar il-mard, li jaraw li hemm viċċini u li jwettqu sorveljanza biex jaraw li m’hawnx nemus li jġorr dan il-mard.