Id‐Direttorat għas‐Saħħa Ambjentali fi ħdan is‐Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad‐drenaġġ kif indikat:
Malta – Xemxija (Slipway ħdejn il-boathouses ftit ’l isfel minn Ambassador Hotel ﴾Kodiċi tas‐Sit C 18﴿. Tabelli li jindikaw dan l‐għeluq twaħħlu fiż‐żona.
Għal aktar informazzjoni dwar il‐kwalità tal‐ilma baħar għall‐għawm, il‐pubbliku jista’ jċempel lis‐Servizzi tal‐Ispettorat tas‐Saħħa fuq in‐numru tat‐telefon – 2133 7333 mit‐8.00 ta’ filgħodu sas‐2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il‐pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl‐uffiċċju tal‐istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il‐Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il‐ħinijiet, il‐pubbliku ġentilment mitlub iċempel fuq is‐sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq in-numru tal-mobile għal Malta +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.