Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’parti minn Triq L-Imdina Ħal Balzan direzzjoni lejn ir-Rabat, bejn illejla u s-Sibt 15 t’April 2017. Ix-xogħol ser isir billejl bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu, dejjem jekk it-temp jippermetti.
Matul il-ħin tax-xogħol, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi.
Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.