L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ħarġet avviż għall-pubbliku li s-sit elettroniku http://www.fxddtrade.com/ qed jiżvijja lill-pubbliku bl-użu ta’ isem li huwa simili għall-dak ta’ kumpanija eżistenti u liċenzjata mill-MFSA.
L-MFSA għaldaqstant qed twissi lill-pubbliku, kemm f’Malta u barra minn Malta, li dan is-sit elettroniku mhuwiex liċenzjat jew awtorizzat mill-MFSA biex jipprovdi xi servizzi ta’ investiment jew servizzi finanzjarji oħra u li għalihom jeħtieġu liċenzja jew xi forma ta’ awtorizzazzjoni oħra skont il-liġi Maltija.
Il-pubbliku għandu ghalhekk joqgħod lura milli jagħmel xi negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija. L-MFSA tappella lill-investituri u konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jkunu ċerti li lentità li magħha qed isir l-investiment jew it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk isservizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli tista’ tiġi aċċessata minn fuq dan is-sit.