Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba kontaminazzjoni bil-mikrobu Salmonella.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Tomino del Boscaiolo – Formaggio a pasta molle con crosta fiorita (Ġobon artab bil-qoxra) | |
Dittà: | Terre d’Italia | |
Data tad-durabbilità` u lott: | 28/04/23; L 1074 | |
Użin: | 180g |
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/19080746/gobon1.jpg)
F’avviż separat, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża wkoll li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-proteina tal-lupina (lupin), kif ukoll għall-proteina tal-lewż, minħabba li fih traċċi ta’ proteina tal-lewż u tal-lupina li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Deskrizzjoni tal-prodott: | Preparato per Créme Caramel (taħlita għall-créme caramel) |
Dittà: | Belbake |
Data tad-durabbilità`: | Best Before 05/12/2025 |
Użin: | 200g |
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/19080859/creme-caramel.jpg)