Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali informa lill-pubbliku li tip ta’ ġobon partikolari m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li huwa potenzjalment ikkontaminat bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Dawn huma d-dettalji dwar il-prodott:
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Deskrizzjoni tal-prodott: | Ġobon magħmul minn ħalib tal-baqra nej, bit-tartuf |
Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Petites Comtesse de Vichy à la truffe |
Użin: | 100g |
Data tad-durabbiltà: | Id-dati kollha |
Lott: | Il-lottijiet kollha |
Għal aktar informazzjoni, tista’ ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-08:00 sas-14:30, tibgħat email fuq mhi@gov.mt, inkella żżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.
Ritratt ewlieni: tashka2000 / Getty Images/iStockphoto