Permezz ta’ stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ, sar avviż sabiex jiġi evitat l-ivjaġġar kollu, minbarra dak essenzjali, fiż-żona tal-Art Imqaddsa.
Dan fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, fejn il-kunflitti fiż-żona eskalaw għal gwerra.
Minħabba s-sitwazzjoni, l-Air Malta kellha wkoll tħassar it-titjiriet skedati tagħha bejn nhar it-Tnejn u nhar l-Erbgħa, bejn l-ajruport ta’ Malta u Ben Gurion f’Tel Aviv.
Ċittadini Maltin, li jinsabu fl-Iżrael u li jeħtieġu l-għajnuna, jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata fl-Iżrael, fuq in-numru 00972522575708, jew l-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Palestina, fuq 00972548992228, sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa.
Dawk li jixtiequ jikkuntattjaw direttament lill-Ministeru għandhom jagħmlu dan fuq 0035622040000.