Madwar 50 artist talbu biex il-Eurovision Song Contest ma jsirx l-Iżreal. Fost dawn l-artisti hemm Vivienne Westwood, Peter Gabriel u Wolf Alice.
Dawn l-artisti talbu lil BBC biex jitkellmu mal-organizzaturi tal-Eurovision biex dan l-avveniment ma jsirx l-Iżreal, wara li qalu li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Il-Eurovision se jittella’ f’Tel Aviv f’Mejju, wara li l-kantanta Netta kienet rebħet dan il-festival tant prestiġjuż.
Normalment, il-pajjiż rebbieħ jospita lill-kontestanti tal-festival.
Madanakollu, grupp influwenti ta’ nies bħal Mike Leigh, Maxine Peake u Miriam Margolyes irrimarkaw li “Ma nistgħux ninjoraw il-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-Palestinjani”.
“Il-BBC hija magħrufa għas-sapport u t-twemmin tagħha lejn il-libertà tal-espressjoni. Huwa fl-interess ta’ pajjiżi li jospitaw il-Eurovision li ma jwettqux reati kontra dan id-dritt fundamentali tal-bniedem”.