L-avvenimenti sportivi kollha fl-Italja se jintlagħbu bil-bibien magħluqa sat-3 ta ‘April wara li l-każijiet ta’ Coronavirus komplew jiżdiedu. Il-Gvern Taljan ħareġ digriet ġdid l-Erbgħa filgħaxija b’miżuri li jittama li jgħinhom jnaqsu t-tixrid tal-virus. Dan mistenni jkun implimentat f’kull rokna tal-pajjiż inkluż postjiet fejn s’issa mhemmx każi ta’ dan il-virus.
Fost l-oħrajn id-digriet jgħid li għaqdiet sportivi huma responsabbli jiċċekkjaw lill-membri tagħhom għal din il-marda.
Il-futbol Taljan diġà ntlaqat sew mill-firxa tal-Coronavirus, b’numru dejjem jikber ta’ logħbiet jiġu posposti, fosthom is-semifinali tal-Coppa Italia ta’ din il-ġimgħa.