The Arena Combat Sports Promotions se terġa’ ttella’ attivita’ oħra ta’ Combat Sports nhar is-Sibt 20 ta’ April f’Hal Farruġ. L-isem ta’ dan l-avveniment hu ‘Fist to Fist’ u se jkun jinkludi d-dixxiplini tal-Kickboxing, Boxing, MMA, Muay Thai u K1 Rules.
B’kollox se jkun hemm 25 ġlieda u hemm stennija kbira, b’mod speċjali għall-atleti maltin li s e jieħdu sehem. Wara s-suċċess li kellhom il-maltin fl-avveniment ta’ Marzu li għadda, dawn se jerġgħu jibdew favoriti. Fil-fatt fl-aħħar attivita’ li kienet saret, il-maltin iddominaw fejn fost oħrajn minn seba’ titili, l-maltin rebħu sitta!
Fl-avveniment tal-20 ta’ April se jkun hemm 25 ġlieda u 50 atleta minn 22 klabb difefrenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Il-bibien jinfetħu fl-4.30 ta’ wara nofs-in nhar, bl-ewwel ġlieda tibda fil-5 ta’ filgħaxija.
Il-promoter Simon Chetcuti jirringrazzja lill-pubbliku, lill-atleti u anke lill-klabbs għall-appoġġ li dejjem jagħtu lil dawn l-avvenimenti ta’ Combat Sports.
Chetcuti ħabbar ukoll li fil-15 ta’ Ġunju se tittella’ attivita’ oħra kbira ta’ Combat Sports.
Dawn huma l-klabbs u t-timijiet li s ejieħdu sehem fl-20 ta’ April:
TEAM SPARTANS, TEAM GOLDEN GLORY , TEAM PROJECT X, TEAM COOKE, TEAM MALTA THAI BOXING, TEAM KEMPO, TEAM TRAP HOUSE, TEAM BOGON, TEAM DBC , TEAM GOZO FIGHT CLUB, TEAM KNOCK OUT TEAM CONDITIONED, TEAM CHEKMATE, TEAM FIGHT LEGION, TEAM WHITE ANGEL, TEAM JALEN QAWRA, TEAM BASEMENT, TEAM FIRULLO, TEAM PITBULL, TEAM SHARK, TEAM RUBINO u TEAM CLEMENTE.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntatja lil Simon Chetcuti fuq 7908 3686.