Diversi tankijiet tal-Gwerra mit-Turkija qassmu l-fruntieri Sirjani wara sensiela ta’ bombi fl-inħawi fis-Sirja maħkuma mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.
Sorsi militari kkonfermaw li 70 post li kienu mira fl-inħawi ta’ Jarablus tfarrku waqt 12-il attakk mill-ajru. Ribelli Sirjani ukoll assistaw f’ dan fl-avvanz Tork. Il-President Erdogan qal li l-operazzjoni kienet immirata li teqred kemm ġellieda Kurdi kfi ukoll mill-Istat Iżlamiku.
Dan l-attakk isegwi ieħor fuq il-Kurdi Sirjani kmieni din Il-Ġimgħa biex jiwaqqfu milli dawn jaħkmu iktar inħawi tal-pajjiż. Fl-istess waqt, pulizija f’Istanbul bdew tfittxijiet intensivi biex jinqabdu persuni ssuspettati li jagħmlu parti mill-Istat Iżlamiku.