Matul il-lejl li għadda kien hawn f’Malta Avultun Abjad jew kif inhu magħruf bħala Egyptian Vulture. Fi stqarrija BirdLife Malta qalet li l-Avultun qgħad il-lejl kollu f’pajjiżna.
Dan l-għasfur rarament jidher f’pajjiżna, in fatti b’kollox dehru biss 3 għasafar ta’ dan l-ispeċi bl-aħħar wieħed kien erba’ snin ilu.
L-Avultun jinsab f’riskju ta’ estinzjoni. Tant li fl-Italja qed isir programm biex dawn l-għasafar jikbru.
BirdLife Malta qalet li matul il-lejl hija ndukrat lill-Avultun u tinsab f’kuntatt mill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Italja minħabba li l-għasfur hu mistenni jkompli jpassi lejn l-Italja.