“Messi ġejt hawn ħafna qabel” – jirrakkonta Taljan ta’ 40 sena li sab ruħu hawn Malta.
Domenico Pagano gradwat fil-liġi u jirrakkonta li ddeċieda jagħlaq negozju li fetaħ u jiġi f’pajjiżna jaħdem fil-qasam ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.
Jgħid li hawn Malta ‘jaħdem in-nofs u jiggwadanja d-doppju’.
Irrakkonta mas-sit ‘Il Fatto Quotidiano’ li l-Italja kien iqatta’ jiem sħaħ quddiem il-kompjuter fi tmiem-il ġimgħa, ħaġa li hawn Malta ma joħlomhiex minħabba l-istil ta’ ħajja li ngħixu, li hija ferm iktar vivaċi.
Il-ħolma ta’ Domenico, li huwa minn Bari, kienet dejjem li jaħdem fin-nofsinhar tal-Italja. Infatti offrewlu xogħol Milan, iżda irrifjutaħ. Pero’ xtaq ukoll ma jgħix f’soċjetà li fiha hemm diskrepanza kbira bejn ġenerazzjoni ġdida u dik antika. Xtaq li ma jkunx imqabbad jagħmel affarijiet li xejn m’għandhom x’jaqsmu ma’ xogħolu, jew inkella jitħallas b’mod mhux dinjituż.
Jgħid li fl-uffiċju ġdid tiegħu f’Malta, mallewwel apprezza kemm l-ambjent huwa professjonali, multi-kulturali u jistimola x-x0għol.