Bartosz Marcin Andruszaniec, avuat Pollakk ta’ 42 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara ġie mixli b’serq, fastidju, rikatt u theddid fuq eks-kollegi f’ditta tal-avukati.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh fl-awla tal-Maġistrat Audrey Demicoli.
L-ispettur Clayton Camilleri qal li l-akkużat prova jagħmel kuntatt ma’ kollegi u diretturi tal-kumpanija billi bagħat sensiela ta’ emails u messaġġi fuq Whatsapp.
L-affari kompliet tiggrava t-Tnejn meta l-akkużat seraq oġġett li jiswa inqas minn €15 minn ħanut f’San Pawl il-Baħar.