Avukat u missier ressaq protest ġudizzjarju kontra il-Unjin tal-Għalliema, l-MUT u l-Unjin l-oħra għall-Edukaturi, il-UPE.
Dr. Andrè Borg ressaq protest ġudizzjarju quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili talli minħabba r-rivalità bejn iż-żewġ unjins, it-tnejn irrikorrew għall-azzjonijiet industrijali u direttivi fil-konfront tal-Gvern u l-istituzzjonijiet edukattivi proprju għall-finijiet egoċentriċi tagħhom sabiex union tidher iktar militanti minn oħra.
L-avukat qal li kien jistenna li l-MUT u l-UPE kienu jiffukaw l-ilmenti tagħhom biss fuq dawk il-ftit istituzzjonijiet edukattivi li jista’ jkun kien jonqoshom xi miżuri ta’ konformità mal-protokolli, u mhux jagħtu direttiva nazzjonali li jolqtu lill-iskejjel kollha.
Fakkar li ħadd ma jaf lill-ulied daqs kemm jafuhom il-ġenituri tagħhom.
Fil-protest ġudizzjarju ngħad li hemm tendenza li l-unjins inkwistjoni jinqatgħu mir-realtajiet tal-ħajja u jaraw biss sa fejn jaqbel lilhom mingħajr ma jqisu l-impatt li l-azzjoni tagħhom jista’ jkollha fuq il-progress akkademiku tal-istudenti.
Fil-protest ġudizzjarju, l-avukat talab biex il-unjins jieqfu bl-atteġġjament militanti tagħhom.