Il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Ava Max, tinsab f’Malta diġà hekk kif għada se tkun qed tkanta fuq il-palk tal-Isle of MTV.
Max tellgħet numru ta’ ritratti proprju lbieraħ matul il-ġurnata tagħha nnifisha fuq dgħajsa qrib Kemmuna hekk kif żgur mhux forsi ma naqsitx milli tilgħaq ftit xemx u tgawdi l-baħar kaħlani li joffru l-gżejjer Maltin.
Ava Max hi waħda mill-artisti ta’ fama internazzjonali li se tkun qed ittella’ spettaklu waqt il-festival tant mistenni, l-Isle of MTV, flimkien mad-DJ rinomat Martin Garrix u Bebe Rexha.