Il-kantanta ta’ fama mondjali, Ava Max, tħabbret bħala artista oħra li se tkun qed tingħaqad ma’ Martin Garrix u Bebe Rexha għal fuq il-palk tal-Isle of MTV.
Kien permezz ta’ filmat qasir fuq il-paġna uffiċjali tal-Isle of MTV li tħabbar li Max se tkun qed tagħti spettaklu għall-festival tant mistenni ta’ kull sena, l-Isle of MTV.
Ava Max hi magħrufa sew għall-kanzunetti So Am I, Sweet but Psycho, u kif ukoll Salt.
Apparti Ava Max, ftit tal-ġimgħat ilu tħabbat li d-DJ famuż Martin Garrix u l-kantanta Bebe Rexha huma l-ewwel żewġ artisti fl-Isle of MTV ta’ din is-sena.
Martin Garrix huwa magħruf għal diski bħal Animals, Tremor u In the Name of Love, filwaqt li Rexha hija magħrufa għal Say My Name, I’m a Mess u No Broken Hearts.
L-avveniment li daħal fit-tlettax-il sena tiegħu din is-sena se jsir fid-9 ta’ Lulju fil-Fosos tal-Floriana.