Id-disa’ round tal-Poiatti Autocross National Championship ittella’ s-Sibt 9 ta’ Lulju fejn 21 karozza gew registrati. Finali A kienet mirbuħa minn Karl Micallef fuq Opel Corsa, segwiet minn Terence Azzopardi fuq Opel Tigra, Kyle Agius fuq Opel Nova, Noel Zammi fuq Punto, Justin Buttigieg fuq Opel Nova u Joseph Micallef fuq Opel Corsa.
Finali Klassi B kienet ferm kumbattuta hekk kif ħames secondi biss isseparaw l-ewwel hames karozzi b’Nikovich Chircop fl-ewwel post segwiet minn Jean Paul Grech, fuq Peugeot 106. Dorianne Galea dahlet fit-tielet post fuq Ford Fiesta segwieta minn Luca Camilleri u Matthew Borg, t-tnejn fuq Opel Nova. Fis-sitt post dahal Daniel Micallef fuq Opel Corsa.
Ghalhekk wara disa’ rounds, Terence Azzopardi jinsab vicin li jikseb l-ewwel Kampjonat tiegħu hekk kif qieghed fil-quccata b’41 punt fuq Karl Micallef bi tlett rounds ghat tmiem. L-ghaxar round tal-Kampjonat jitella nhar s-Sibt 23 ta’ Lulju fis-7.30pm.