L-investiment li sar fl-aħħar sentejn fit-trasport pubbliku issa jpoġġi lil Autobuses de León, li ħadet f’idejha t-tmexxija ta’ Malta Public Transport, f’pożizzjoni tajba biex taffaċċja l-isfidi tal-ġejjieni. Dwar dawn is-sentejn ta’ ħidma tkellimna ma’ wieħed mid-Diretturi tal-Kumpanija, Julio Tironi.