L-eks Ministru Austin Gatt irtira l-allegazzjoni li l-Ministri Evarist Bartolo u Manuel Mallia u l-avukat David Farrugia Sacco riedu jgħamlulu “frame up.” Dan b’rabta ma’ konferenza tal-aħbarijiet qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet b’rabta mal-iskandlu taż-żejt.
Wara konferenza tal-aħbarijiet fl-iskandlu taż-żejt mit-tliet kelliema l-esponenti tal-Partit Laburista għamlu libell u fil-Qorti dalgħodu Austin Gatt iddikjara “bla riżerva li ma kellu ebda ħsieb li jtellef jew inqaqqas il-ġieh ta’ Emanuel Mallia, Evarist Bartolo u David Farrugia Sacco u jiddispjaċih jekk dan id-diskors tiegħu nftiehem f’dan is-sens.”
Permezz tal-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi, l-esponenti tal-Partit Laburista qalu li huma sodisfatti b’din id-dikjarazzjoni u għalhekk ingħalqu l-proċeduri.