L-eks Ministru Austin Gatt tfaċċa fil-qalba tal-kampanja tal-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa.
Casa wieħed mill-ewlenin mill-establishment tal-Partit Nazzjonalista dejjem idur għall-appoġġ minn fost il-fazzjoni li qabel l-elfejn u tlettax mexxiet lil pajjiżna.
U Casa ma jiddejaq xejn jagħmel dan magħruf pubblikament tant li Austin Gatt kien fuq quddiem nett f’attività, li għamel fil-Belt Valletta fl-aħħar jiem.
Aktar minn hekk, f’din l-attività, Casa nsista li għalih l-ewwel jiġu l-valuri tal-Partit Nazzjonalista.
Bħal Roberta Metsola, ħafna drabi attakka lil pajjiżna biex iġib l-ewwel l-interess tal-Partit Nazzjonalista u issa mhu jiddejjaq xejn jiddikjara dan pubblikament, tant li f’din il-laqgħa qal li għalih il-partit l-iktar importanti.
Ir-ritorn ta’ Austin Gatt hu marbut ukoll mal-manuvri li galoppin tiegħu, Claudio Grech, qed jagħmel minn wara l-kwinti fil-Partit Nazzjonalista.
Qrib ħafna ta’ Austin Gatt ukoll Manuel Delia, li fl-aħħar jiem daħal f’kontroversja għall-mod kif iddeskriva bl-aktar mod dispreġġjattiv lill-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono, fejn fost oħrajn irrefera għalih bħala marda li qed terġa’ titfaċċa.