Uffiċċjali fil-kamp tal-konċentrament f’Auschwitz, illum sit storiku, ikkritikaw lill-membru tal-Kungress Amerikan Clay Higgins li ġibed filmat ġewwa waħda mill-kmamar tal-gass fl-hekk imsejħa eks kamp tal-mewt Nazzista fil-Polonja.
Fil-filmat Higgins allegatament jinstema jgħid li l-atroċitaijiet tat-Tieni Gwerra huma raġuni biżżejjed għalfejn il-militar Amerikan għandu jkun b’saħtu.
Kliem li ma niżel xejn tajjeb mal-kuraturi u uffiċjali ta’ Auschwitz, li permezz ta’ tweet qalu li is-sit mhuiex palk fejn wieħed jesprimi ruħu iżda huwa post fejn wieħed għandu jirrefletti dwar l-Istorja. Post fejn fuq kollox tilfu ħajjithom iktar minn miljun persuna taħt id Nazzista.