Minn jiġi għall-ikel, min jiġi għall-bajjiet u min jiġi pajjiżna biex jiddeverti iżda filwaqt li jidher li dan l-attur ġie għal dawn kollha ma kinx kuntent u għażel li jinża ħwejġu.
L-attur li ħa sehem fis-serje Money Heist, Ahikar Azcona Albizu, fl-irwol ta’ ħaddied meta fis-serje kienu qed idewbu d-deheb, jinsab pajjiżna għal btala.
Filwaqt li jidher li qed jieħu gost madwar il-gżejjer Maltin kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art, jidher li kellu aptit l-avventura hekk kif neża għarwien ħuta u ppoża għal erba’ ritratti f’St Peter’s Pool bil-baħar iħabbat mal-blat.
Flimkien mar-ritratti hu poġġa wkoll filmat flimkien mal-messaġġ “TU ACTITUD ES TU VALOR”