L-attur Malti Andrei Claude, li għandu ħamsa u erbgħin sena, hu fost il-protagonisti tal-film ‘The Union’, li għadu kemm beda jixxandar fuq Netflix fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-film, li għandu direzzjoni ta’ Julian Farino, jara s-sehem ukoll tal-atturi famużi ta’ Hollywood, Mark Wahlberg u Halle Berry.
Hawnhekk, Claude jinterpreta l-parti tal-kattiv bl-isem ta’ Javid Karinejad, negozjant Iranjan fid-dinja kriminali.
L-attur imwieled f’Malta, li fl-aħħar snin kiseb rikonoxximent internazzjonali fl-industrija ċinematografika, diġà kellu sehem f‘films oħrajn popolari, bħal ‘Game of Thrones’ tal-elfejn u ħdax u ‘Vikings’ tal-elfejn u tlettax.

Qabel daħal fil-films, Claude stabbilixxa ruħu fl-Istati Uniti bħala mudell, iżda mbagħad beda jieħu taħriġ fir-reċtar u sussegwentement mar jgħix fil-kapitali Ingliża, Londra.