L-istilla tat-teatru Malti Yandrick Agius ġie magħżul għall-produzzjoni prestiġġjuża tal-West End, Moulin Rouge.
F’kummenti lil One News, Yandrick qal li l-passjoni tiegħu għar-reċtar bdiet minn meta kellu ħdax-il sena. Filwaqt li beda d-drama, irrealizza wkoll li kellu mħabba għat-teatru mużikali.
Yandrick, li hu ggradwat fil-liġi, huwa wkoll aġent tal-proprjetà, għawwiem, kantant, żeffien, u attur. Iggradwa mill-aqwa skola tad-drama fir-Renju Unit.
Għalkemm iħossu preparat, Yandrick xorta jinsab anzjuż ħafna.
Qal, ‘Din hija industrija kompetittiva ħafna. Jien imdawwar minn ħbieb li ggradwajt magħhom li huma nies ta’ talent enormi u naf illi kulħadd huwa kapaċi. Issa din l-industrija hija diffiċli ħafna u jiddependi ħafna mix-xorti.’
Fl-1899 f’Pariġi, il-Mużikali kienet l-istorja ta’ kittieb Amerikan, Christian, u Satine, l-istilla tan-nightclub Moulin Rouge.
Din hija propju t-tieni sena li qed jittella’ l-produzzjoni Moulin Rouge fit-Teatru Piccadility. Din is-sena ser isir fis-17 ta’ Ottubru.