Tmiem din il-ġimgħa u l-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se jfissru żewġ attivitajiet tal-massa għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Imħeġġa mir-rispons li qed jagħtu ż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja NEXT 5, il-membri tal-Forum Żgħażagħ Laburista qed jorganizzaw bil-kbir.
L-ewwel avveniement huwa dak ta’ nhar is-Sibt fil-Gianpula. Party kbir għaż-żgħażagħ fejn mhux se tonqos il-preżenza tal-Prim Ministru.