Fil-bandli tal-Birgu, tfal ta’ kull età attendew għal diversi attivitajiet, bil-għan li titrawwem fihom in-namra għall-qari.
Din l-attività organizzata minn Optimists of Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, inkludiet diversi attivitajiet, filwaqt li inkorporat il-qari mal-logħob, permezz ta’ diversi stands u crafts.
Crew ta’ ONE News, tkellem mat-tfal preżenti, li qalulna x’għamlu fl-attività.
Nicole Vella, li hija voluntiera fi ħdan l-għaqda Optimists of Malta, spjegatilna l-iskop wara din l-attività.
Qalet, “Kunċett ta’ qari u logħob. Mhux qari biss, imma jaqraw waqt li jilgħabu, b’attivitajiet abbinati mal-qari.”
Dan filwaqt li Rita Micallef, is-segretarju ta’ Optimists of Malta, spjegat il-ħidma li twettaq l-għaqda favur l-edukazzjoni tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Qalet, “L-għan huwa li ngħinu lit-tfal wara l-ħin tal-iskola fejn jidħol il-homework u l-istudju. Sal-lum għandna għandna 6 ċentri miftuħin, f’lokalitajiet differenti, u s-servizz huwa b’xejn.”