L-attivitajiet b’rabta mal-204 snin mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, ikomplu għada l-Ħamis 5 ta’ Lulju 2018, fit-20.30 fi Pjazza Mifsud Bonniċi, Wied il-Għajn, fejn se tittella’ wirja mill-Banda tal-Pulizija, Precision Drill Team u s-sezzjoni tal-Klieb.
Preżenti wkoll se jkun hemm żwiemel tal-Kavallerija u mutur mis-sezzjoni tat-Traffiku.
Il-pubbliku flimkien mal-membri tal-Istampa huma mħeġġa sabiex jattendu għal dawn l-attivitajiet.