Nhar il-15 ta’ Ġunju se ssir attivita’ oħra ta’ Combat Sport bl-isem ta’ ‘Fight for Glory’. Dan l-avveniment se jerġa’ jkun imtella’ minn The Arena Combat Sport Promotions u se jsir f’Montekristo Hal Farruġ.
Din is-serta se tkun qed issir fuq barra u fiha se jieħdu 50 atleta minn 25 klabbs differenti, lokali u barranin.
L-atleti barranin se jkunu ġejjin mill-Italja, Ingilterra, Spanja, Marokk, Ġermanja, Serbja u Rumanija.
Malta se jkollha battalja tal-battalji mill-isbaħ fil-qasam tal-Boxing, Kickboxing, Muay Thai u K1 Rules. L-atleti se jissieltu għal titili differenti.
B’kollox se jkun hemm madwar 30 ġlieda, fosthom għal 12-il ċinturin kemm tad-WKA International kif ukoll tal-organizazzjoni maltija.
L-attivita’ hija sanzjonata mill-president tad-WKA International David Sawyer u l-ġellieda huma kollha liċenzjati taħt il-kappa tad-WKA International.
Fost il-ġlidiet l-aktar mistennija insibu dik għaċ-ċinturin ewropew bejn il-malti Lydon Xuereb u l-brittanniku Danny Worsfold.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkunttaja lill-promotur Simon Chetcuti fuq 7908 3686 jew iżur il-facebook page ta’ The Arena Combat Sport Promnotions.