Il-Forzi Armati ta’ Malta qed torganizza mixja minn Pembroke għall-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru, bil-għan li jinġabru fondi għall-għaqda mhux governattiva Puttinu Cares.
Kull xahar, madwar 80 pazjent minn Malta jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għal kura medika u ħafna minn dawn l-individwi jiffaċċjaw piżijiet finanzjarji kbar.
Puttinu Cares ilu jaħdem bla heda biex itaffi l-ispejjeż ta’ dawn il-pazjenti mill-2008 u b’kollox ipprovda 20 appartament f’Londra għall-pazjenti u l-familji tagħhom.