L-attività ‘Connecting Through Culture’, organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, bl-appoġġ tar-Reġjun tal-Lvant u d-Direttorat tal-Gvern Lokali, reġgħet kienet waħda ta’ suċċess b’eluf ta’ persuni jattendu għaliha fi tmiem il-ġimgħa.
L-attività għandha l-għan li tgħaqqad persuni minn kulturi differenti, waqt li jieħdu gost isegwu spettaklu b’talent lokali kif ukoll internazzjonali.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/16122735/WhatsApp-Image-2024-09-16-at-10.58.01-1024x682.jpeg)
Din is-sena wkoll kienu qed jieħdu sehem ammont bla preċedent ta’ ambaxxati, li kienu dawk tal-Greċja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, it-Turkija, l-Istati Uniti, il-Palestina, l-Indja, il-Brażil, il-Qatar, iċ-Ċina, l-Arġentina u l-Libja, li esponew il-kulturi rispettivi tagħhom.
Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex Max Zammit fakkar fl-importanza ta’ avvenimenti simili, li jsaħħu is-sens ta’ komunità, għax jagħtu pjattaforma lil pajjiżna li turi dak li nirrappreżentaw bħala ġens.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/16122724/WhatsApp-Image-2024-09-16-at-10.58.01-1-1024x682.jpeg)