Bit-temp jippermetti, bħalissa fil-Petting Farm f’Ta’ Qali hemm għaddejja attività mill-isbaħ għall-familja kollha.
Wieħed jistgħa jara u jmiss diversi annimali preżenti, fosthom klieb, fniek, papri u oħrajn. Apparti minn hekk hemm ukoll ħafna attivitajiet għat-tfal kollha fosthom kant, żfin u crafts.
Preżenti hemm ukoll il-Malta Animal Welfare fejn qed tagħti informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-klieb.
Din l-attività li ilha għaddejja minn dalgħodu ġiet organizzata propju għall-Jum l-Annimali taħt il-kappa tas-Segretarjat Parlamentari għall-biedja, Sajd u drittijiet tal-Annimali. Wieħed baqalu ċans sal-erbgħa u nofs ta’ wara nofshinar biex jattendi.