“Nixtieq li l-attività li ilni naħdem fuqha ssir realtà.”
Dan kien il-messaġġ tal-organizztaur Paul Chetcuti għall-attività kulturali li se ssir fi Triq Sant Anton f’Ħ’Attard fit-13 ta’ Mejju li ġej.
L-ewwel edizzjoni ta’ ‘Iffjurit bil-ward infewwah’ se tara aktar minn mitt artist jingħaqdu flimkien u jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom f’post wieħed.
L-organizzatur spjega li ilu jaħdem għal din l-attività minn Novembru li għadda u ħabbar li din l-esebizzjoni se tkun qed tidħol fir-rekords Maltin.
Qal, “Jiena minn Ħ’Attard u xtaqt nagħmel din l-attività b’sens naqra kulturali. Apparti li hemm ħafna affarijiet konnessi magħha hemm l-arti, ħa jkollna ‘l fuq minn tmenin artist imbagħad għandna kważi erbgħin li huma crafts. Din l-idea ilha tberren f’moħħi u nisperaw jekk il-bambin irid fil-jiem li ġejjin ovjament nagħmlu r-realtà li xtaqt nagħmel jiena.”
Waqt l-avveniment se jkun hemm bankarelli tal-ikel u palk b’mużika u kant live.
Minħabba li dakinhar se ssir il-finali tal-Eurovision Song Contest, se jintramaw ukoll skrins biex wieħed ma’ jitlef xejn.
Qal, “Ħa jkollna mużika li tibda mill-erbgħa u nofs tibqa’ sejra sad-disgħa u nofs li r-raġuni nista’ ngħida din ovjament hemm il-eurovosion allura fid-disgħa u nofs u bniedem jista’ jsegwi wkoll minn hemmhekk. U għandna area anka għat-tfal.”
Is-sindku ta’ Ħ’Attard ħeġġeġ lill-poplu biex jattendi.
Qal, “Bażikament inħeġġeġ lill-poplu inġenerali biex jattendi għax ħa jkun hawn ħafna artiti u ħafna affarijiet li jistgħu jieħdu gost bihom u speċjalment lin-nie ta’ Ħ’Attard jikkonkorru f’din l-attività tant sabiħa.”
Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn.