Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġużepp, Old Motors Club Malta organizza avveniment annwali b’risq id-Dar Tal-Providenza. Avveniment ta’ karità fil-qalb mal-membri kollha tal-klabb.
Kif mistenni għal darb’oħra, il-klabb kiser ir-rekords kollha, billi ġabar l-akbar numru ta’ karozzi, attira l-akbar folla, u l-aktar importanti, ġabar l-akbar ammont ta’ fondi li qatt sar, 6,700 Ewro. Dawn il-fondi ġew ippreżentati lil Dun Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar Tal-Providenza, mill-Imħallef Michael Mallia, Chairman tal-Old Motors Club u Aldo Pace l-koordinatur tal-avvenimenti f’isem il-membri kollha tal-klabb.
Il-fondi nġabru fost is-sidien tal-karozzi li kienu g]al-wiri, u attivitajiet oħra, bħal dawra f’karozza tal-linja tal-1940, bejgħ minn car boot sale, gabbana tal-ikel, u karozza li ġiet irkantata mill-irkantatur Pierre Grech Pillow minn Obelisk Auctioners, bid-dħul kollhu imur għall-istess għan tal-avveniment.
Iċ-Chairman tal-Klabb L-Imħallef Michael Mallia rringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment u lil dawk kollha li attendew u għamlu dan l-avveniment kbir u divertenti, li l-Old Motors Club Malta huwa rinomat għalihom.
Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar Tal-Providenza kompla fuq il-messaġġ tal-Imħallef Mallia u enfasizza kemm avvenimenti bħal dawn u l-fondi miġbura huma importanti għall-missjoni tiegħu fid- Dar Tal-Providenza.