Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu, festa pubblika li tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp, Old Motors Club Malta qed jerġa’ jorganizza l-wirja annwali tiegħu b’risq id-Dar Tal-Providenza. Din l-attività ġiet organizzata għall-ewwel darba s-sena l-oħra, fejn kienu esebiti aktar minn 100 karozza, folla imdaqsa żaret il-wirja tal-karozzi, u 2200 ewro ngħataw lil Fr Martin biex jibbenefikaw aktar minn 100 resident fid-Dar Tal-Providenza.
Il-wirja kienet tinkludi karozzi vintage mill-bidu tad-disgħinijiet, inkluż Ford Model T, sa karozzi tal-aħħar tad-disgħinijiet, u kollox bejniethom, inklużi supercars u vetturi kummerċjali.
Il-miri ghal din is-sena huma ferm ogħla, hekk kif se jkun hemm żona fejn xi ħadd jista’ jieħu kafè u snack ħafif, Autojumble, u wkoll l-opportunità li tmur għal dawra sabiħa fit-toroq sbieh tal-kampanja fiż-żona b’karozza tal-linja antika. Dan kollhu waqt l-istess wirja statika tal-karozzi. Il-membri tal-Old Motors Club se jkunu qed jircievu l-informazzjoni kollha permezz bhas-soltu; sidien oħra ta’ karozzi klassiċi li mhumiex membri tal-Old Motors Club Malta u jixtiequ li jipparteċipaw f’dan qed jintalbu jikkuntattjaw lill-klabb fuq info@oldmotorsclub.com.
L-ispettaklu se jkun miftuħ għall-pubbliku bejn id-09:30 u nofsinhar.