Inizjattiva sabiħa fl-iskola primarja tan-Naxxar li tifforma parti mill-Kulleġġ Marija Reġina lbieraħ 23 ta’ April imliet lill-istudenti b’entużjażmu għall-ktieb.
Dan wara li l-istaff kollu ngħaqad f’ġurnata mpenjattiva billi stiednu bosta personalitajiet biex flimkien mat-tfal, jaqraw siltiet minn kotba interessanti. L-iskop kien li tiżdied l-imħabba lejn il-ktieb kif ukoll joħorġu tagħlimiet utli biex tinbena soċjetà futur aħjar.
Fost il-mistiedna kien hemm Amber, Owen Bonnici, Danusan, Christabel, Mano Micallef, Keith Demicoli, Felix Busuttil, Marilena, Xandru Grech, Rachel Cachia minn Gadgets,Clifford Galea, Destiny, Naxxar is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fench Adami, Kristy Debono, Carmen Grech, Chris Vella, Rudy Catania, Dr CLown, Lily Galea Pirotta u oħrajn.