Sa ftit tal-ħin wara li deher ċar li Delia tilef l-elezzjoni fuq il-midja soċjali spikkaw messaġġi t’attivisti Nazzjonalisti li ddikjaraw li mhux se jibqgħu jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista.
Bi kliem bħal, “Spiċċajt int u jien spiċċajt miegħek”, “Tersquliex lejn il-bieb u ibqgħu għamlu l-ħsara lill-partit u lil Malta”, bosta attivisti Nazzjonalisti wrew l-għadab tagħhom għall-fatt li Delia tqaċċat mit-tmexxija.
Attivista Nazzjonalista oħra kitbet, “Jien għedtlek meta ltqajt miegħek, li jew int jew ħadd. Issa s-sitt voti tagħna għal ġol-kexxun. Mhux se nivvotaw għal min tradixxa lilek u lilna. No Delia, No Vote”.
Ħaddieħor tella’ ritratti tat-tesseri Nazzjonalisti, b’envelope indirizzat lill-Partit Nazzjonalista u kiteb il-kliem, “Spiċċa kollox għalija, ma rridx inkun parti mill-ħdura ta’ nies li ħa jmexxu.
Ħaddieħor kiteb, “Issa tirċievu t-tessera lura u kien hemm min kiteb, “Vot ieħor il-Partit Nazzjonalista ma jieħux mingħandi.”
Kumment ieħor li spikka kien dak li seta’ baqa’ Simon Busuttil Kap mill-ewwel, flok biddlu l-istatut.