Attivist fil-Belarus jinsab f’kundizzjoni stabbli wara li ġarrab xi ġrieħi meta fil-Qorti daħħal arma f’għonqu. Hu kien qed jiġi mixli li rreżista l-arrest u li mexxa profil għall-oppożizzjoni fuq il-midja soċjali.
Rapporti fil-midja tal-pajjiż qed jgħidu li r-raġel tressaq il-Qorti t-Tlieta u allegatament uża arma żgħira forma ta’ pinna biex iweġġa’ lilu nnifsu.
Hu ttieħed l-isptar għall-kura minnufih u jinsab f’kundizzjoni stabbli.