L-attitudni tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat għall-abbozzi tal-liġijiet iktar kmieni llum tirrifletti aġir ta’ Oppożizzjoni supperva li ma tifhimx il-weġgħat ta’ dawk il-familji li għandhom bżonn bidla fil-liġi tal-IVF. Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.
Fil-kumitat kienu lesti jivvotaw kontra kull proposta biex din il-liġi titjib, inkluż waħda ġejja minn deputat tal-Oppożizzjoni stess.
Għal darb oħra reġgħet ħarġet id-differenza bejn gvern li lest jisma’ biex itejjeb l-affarijiet filwaqt li jżomm mal-prinċipj tal-liġi u oppożizzjoni li tgħalaq għajnejha u widnejha għal karba ta’ ħafna familji li jixtiequ liġi li ttihom opportunità ikbar li jsiru ġenituri.
Issa nħarsu ‘l quddiem li din il-liġi, anke wara li tjiebet bl-emendi riżultat ta’ konsultazzjoni, ssir realtà biex s-servizz tas-saħħa pubbliku jagħti iktar ħajjiet u jibni iktar familji.