Matul il-jum tal-Ħadd il-gżejjer Maltin se jkunu maħkuma minn riħ u baħar qawwi. Fil-fatt l-Uffiċċju Metereoloġiku ħareġ twissija dwar riħ qawwi, twissija li hija valida sal-22.00 tal-lejla.
Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li ser idur mill-Majjistral, hu mistenni li jkun ftit qawwi għal qawwi, lokalment qawwi għal qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.
Minkejja dan, it-temperatura xorta hija waħda għolja, ta’ 29°C.