Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq(MCCAA), irtira mis-suq numru ta’ floats għall-għawm intenzjonati għat-trabi.
Dawn instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
- Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
- Minħabba li l-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija jinġarr mal-kurrent.
Dan wassal lid-Direttorat biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mis-suq lokali.
Il-konsumaturi li xtraw il-prodotti msemmija hawn fuq għandhom immedjatament jieqfu jużawhom u jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom.
Id-Direttorat ifakkar lill-manifatturi u lill-importaturi biex dejjem iqiegħdu fuq is-suq prodotti siguri. Barra minn hekk, kull min hu responsabbli mit-tqegħid tal-prodotti tagħhom fis-suq għandu jiżgura li huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq info@mccaa.org.mt.