Għadd ta’ persuni lmentaw mal-Pulizija li irċevew ittra qarrieqa li titlob lil dak li jkun jipprovdi informazzjoni personali b’dettalji tal-VAT.
Filwaqt li l-Pulizija kkonfermat li daħlulha numru ta’ rapporti, diversi persuni qed ixerrdu l-kelma onlajn permezz tal-pjattaforma Facebook iwissu lil dawk li forsi rċevew l-istess ittra biex joqgħodu attenti u ma jibgħatux informazzjoni personali jew flus li qed jintalbu mill-istess ittra.
Dan għax din taf tkun qed tipprova tqarraq b’dak li jkun bil-konsegwenza li min hu jitlef somma flus u bid-dettalji tiegħu jkunu pprovduti lil xi ħadd li jaf jagħmel użu b’mod ħażin.