Jekk rajtu x-xemx u forsi tħajjartu li fi tmiem il-ġimgħa li ġej tmorru sa ħdejn il-baħar, aħsbuha darbtejn jekk se tinżlu fl-ilma. Bejn għax bħalissa huwa l-aktar żmien li l-baħar ikun kiesaħ, u bejn ukoll għax fih preżenza qawwija ta’ dawk li jissejħu Mauve Stingers. Il-Professur u marine biologist Alan Deidun spjegalna li dan it-tip ta’ bram ikun hemm is-sena kollha, kif jista’ jgħid min imur jgħodos jew inkella min imur bid-dgħajjes. Madanakollu bħalissa huwa żmienu. Huwa biss għall-ħabta ta’ Novembru li dan il-bram donnu jisparixxi, u għal Jannar ibejjed. Allura bħalissa l-preżenza taż-żgħar tkun qawwija. Il-professur spjega li din hija xi ħaġa normali u li tiġri kull sena, iżda f’dawn l-aħħar tliet snin, bis-sħana li għamlet, donnu aktar kien hemm Mauve Stingers.
Fenomenu ieħor li mistennija naraw fil-futur qrib hija l-preżenza tal-hekk imsejħa By-The-Wind Sailor. Brama kbira blu li titfaċċa f’partijiet kbar tal-baħar għall-ħabta ta’ Marzu u April. Għal kuntrarju tal-Moon Stinger, din it-tip ta’ brama ma tniggiżx, għalhekk fiha għaxqa ikbar tosservaha. Din il-brama blu titfaċċa f’bajjiet fil-punenti, bħal Ġnejna, Għajn Tuffieħa u d-Dwejra.
F’każ li tiltaqa’ ma’ brama, tajjeb li tirrapporta. Għal dan il-għan hemm il-kampanja Spot The Jellyfish. B’hekk professjonisti jkunu jistgħu jifmhu x’inhu għaddej fl-ibħra Maltin u joħorġu twissijiet jekk ikun hemm bżonn.