Il-kumpanija Maltapost qed tavża lill-pubbliku li xi klijenti tagħha qegħdin jirċievu pop-ups jew messaġġi li jkunu jidhru li qegħdin jinħarġu minn din il-kumpanija sabiex iħajru lill-klijenti biex iħallsu €2 u jagħtu xi infomazzjoni personali sabiex jibħu mobiile phone.
Fi stqarrija MaltaPost qalet li dawn huma messaġġi qarrieqa u wieħed m’għandux jirrispondihom.
Filwaqt li sostniet li hija tinsab impenjata li tipproteġi l-privatezza tal-klijenti tagħha. Saħqet li dawn il-messaġġi għandhom jiġu injorati kompletament.