Sewwieqa qed ikunu mwissija dwar tappieri li jinsabu miftuħin fil-Wied tal-Imsida kawża tal-għarar. Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook persuna wissiet dwar żewġ tappieri li jinsabu miftuħin f’nofs tat-triq dan hekk kif faċilment persuna jista’ jaqa’ jew saħansitra jeħillu r-rota tal-vettura.
ONE News għamel kuntatt mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Imsida, Margaret Baldacchino Cefai, fejn infurmatna li l-Kunsill huwa mgħarraf dwar dan u informa lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. Il-Korporazzjoni infurmat lill-Kunsill li bagħtet lill-ħaddiema tagħha biex iwettqu x-xogħlijiet neċessarji.