Raġel li hedded li għandu arma għamel attentat ta’ hold-up f’banka tal-lottu fil-bypass ta’ Birkirkara.
Huwa allegatament daħal fil-banka tal-lottu u talab il-flus lill-mara li tieħu ħsieb din il-banka.
Il-mara rrifjutat li tagħtih il-flus u huwa ħarab minn fuq il-post bil-mutur.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li bdiet l-investigazzjoni tagħha.