Missier il-plejer Spanjol ta’ fama mondjali, Lamine Yamal, ingħata diversi daqqiet ta’ sikkina, waqt li kien f’car park.
Dan skont rapporti fil-midja internazzjonali, fejn intqal li huwa ġie attakkat f’raħal fit-Tramuntana ta’ Barċelona, fil-viċinanzi ta’ fejn kien joqgħod Yamal meta kien iżgħar, minn grupp ta’ nies li kien tkellem magħhom aktar kmieni.
Il-Pulizija, ikkonfermat li ġew arrestati, minn tal-inqas tliet persuni.
Huwa ittieħed l-Isptar f’Barċelona għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, iżda huwa f’kundizzjoni stabbli.
S’issa, għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-inċident, minkejja li huwa allegatament kellu argument ma’ dawn il-persuni, waqt li ħareġ bil-kelb.
Lamine Yamal, huwa l-iżgħar plejer li qatt lagħab mat-tim Spanjol – tant li ingħata anke rikonoxximent waqt it-tournament tal-EURO 2024.