Il-Prim Ministru Libjan Abdulhamid Dbeibah safa vittma ta’ attakk b’tiri minn senter fil-kapitali Tripli.
L-awtoritajiet Libjani qed iqisu dan il-każ bħala attentat ta’ qtil.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif grupp ta’ persuni sparaw fuq il-karozza li kien fiha Dbeibah, fejn waħda mill-balal daħlet sa ġewwa.
La l-Prim Ministru u lanqas x-xufier tal-karozza ma’ ntlaqtu.
Il-Gvern attwali tal-Prim Ministru Abdul Hanid Dbeibah kien inħatar fil-bidu tas-sena l-oħra bi qbil unanimu bejn il-partijiet kollha iżda minħabba n-nuqqas ta’ qbil bejn il-Parlament ta’ Tobruk u l-Gvern ta’ Tripli, il-Ħamis il-parlament se jiddiskuti l-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid mhux elett.